€40 miljun f’għajnuna lill-Iraq mill-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea qed iżżid l-għajnuna umanitarja lill-Iraq u tħabbar li mill-bidu t’Awwissu ingħataw għajnuna li taqbeż l-€40 miljun, fil-valur tagħha.
F’rapport ippublikat illum, intqal li l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea qed tasal għand l-iktar nies vulnerabbli, mingħajr distinzjoni ta’ twemmin jew etniċità.
Ir-refuġjati li qed ikollhom jaħarbu minħabba l-kunflitt qed jingħataw kenn, ikel, ilma u għajnuna bażika oħra biex tkun salvata ħajjithom.

L-għajnuna qed tingħata li madwar żewġ miljun persuna li kellha taħrab l-inkwiet fl-Iraq, ir-refuġjati f’pajjiżi oħra u madwar 220,000 refuġjat mis-Sirja.