​€4 miljuni fi skema għall-bdiewa u r-raħħala

€4 miljun minn fondi Ewropej se jingħataw lill-bdiewa biex ikopru l-ispejjeż marbuta maċ-ċertifikazzjonijiet neċessarji li jassiguraw il-kwalità tal-prodott. L-għotja mhux se tkun iktar minn €3,000 fis-sena.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar din il-miżura mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali 2014-2020. Spjega li l-miżura
L-appoġġ se jingħata għal perjodu ta’ ħames snin u l-iskema ta’ ‘Prodotti ta’ Kwalità’ se tolqot mhux biss lis-settur agrikolu direttament iżda wkoll lill-konsumatur.
Dr Borg spjega li għall-ewwel huma l-prodotti relatati mal-ħalib li se jkunu jistgħu japplikaw għall-iskema ta’ kwalità, imma hemm il-ħsieb li tinfetaħ għal setturi oħra.
L-ewwel applikazzjonijiet se jintlaqgħu mit-Tnejn 26 ta’ Ġunju. Fit-12 ta’ Mejju se ssir laqgħa biex jingħataw aktar dettalji.
Għal din it-tnedija kien preżenti wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja Roderick Galdes.