€4,500 kumpens għal raġel li ma kellux avukat waqt l-interrogazzjoni

Il-Qorti ordnat kumpens ta’ €4,500 lil raġel li kien ressaq protest ġudizzjarju kontra l-awtoritajiet konċernati wara li l-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeċidiet li nkisrulu d-drittijiet meta ma kellux avukat waqt l-interrogazzjoni.
Ir-raġel kien ingħata sentenza ta’ priġunerija b’rabta mad-droga bil-każ jispiċċa quddiem il-Qorti Ewropea li ddeċidiet li l-preżenza ta’ avukat waqt l-interrogazzjonijiet hija mandatorja.
Il-Qorti Maltija għamlet referenza għal din id-deċiżjoni u kif l-interpretazzjoni f’Malta, fejn dan id-dritt huwa applikabbli f’każijiet ta’ persuni vulnerabbli, hija żbaljata.
Il-Qorti Maltija qalet ukoll li l-proċeduri kontra r-raġel kellhom jibdew hekk kif kien qed jiġi investigat u mhux tħallew jgħaddu ħames snin.