​€3m f’rifużjoni ta’ taxxa tar-reġistrazzjoni tal-karozzi

It-taxxa mogħtija lura lil min ħallas ħlas żejjed għar-reġistrazzjoni tal-karozzi tagħhom bejn l-2004 u l-2008 fissret, fl-aħħar sena, ħlas mill-Gvern ta’ €3,171,335.
Minnha gawdew 29,126 persuna li l-applikazzjoni tagħhom kienet waħda eliġibbli għall-iskema li kien ħareġ il-Gvern.
Oriġinarjament kienu applikaw iktar minn 33,000 persuna.
Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi qal dan fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Laburista Anthony Agius Decelis.