€39 miljun f’fondi Ewropej għat-titjib ta’ toroq fil-Marsa

Il-proġett ta’ titjib tat-toroq fil-Marsa fl-inħawi tal-Addolorata, huwa fost il-proġetti li ntgħażlu mill-Kummissjoni Ewropea u li se jibbenefikaw mill-Fondi Ewropej bħala parti mill-Connecting Europe Facility.
Dan il-proġett se jkun fost il-31 li se jibbenefikaw minn massimu ta’ 85% kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea.
L-applikazzjoni għall-proġett kienet tressqet minn Transport Malta fi Frar li għadda.
L-ammont ta’ fondi Ewropej ġodda għal Malta mistennija li jlaħħqu id-€39 miljun.
Il-proġett TEN-T Marsa għandu l-għan li jnaqqas it-traffiku fin-network Ewropew ta’ toroq magħrufa bħal Scandinavian-Mediterranean TEN-T.