€36,500 oħra għall-Malta Community Chest Fund

Inġabru €36,500 oħra b’risq il-Malta Community Chest Fund waqt ikla organizzata fil-Montekristo Estate, nhar il-Ħamis li għadda.
Din l-attività kienet organizzata mill-Malta Developers Assocation (MDA). Preżenti għal-ikla kien hemm il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca li spjegat kif sfortunatament f’dawn l-aħħar għaxar snin, l-mard tal-kanċer irdoppja u li l-Malta Community Chest Fund huwa l-unika fond nazzjonali li qed jipprovdi fondi għall-kura. Qalet li ma rridux nitħassu lil min għandu bżonn l-għajnuna iżda għandna nkunu solidari.
Fid-diskors tiegħu, il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti appella lill-membri u l-benefatturi kollha biex “ifittxu r-rikkezzi tal-qalb u jgħinu lil nies fil-bżonn għax ma tistax tqabbel dawn mar-rikkezzi materjali”.