€350 f’90 sekonda waqt trolley dash għand Holland & Barrett

Giovanna Vella, Learning Support Assistant ta’ 54 sena mill-Mġarr, irnexxiela tirbaħ €350 fi prodotti tajbin għas-saħħa tad-ditta Holland & Barrett waqt trolley dash fil-ħanut il-ġdid f’Triq it-Torri tas-Sliema. 
L-isem tagħha ttella’ bix-xorti nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju wara li hi ħadet sehem fil-kompetizzjoni ‘Get Carried Away’ fuq Facebook. 
Mario Mifsud, l-eroj Malti tal-power-lifting kien hemm biex jgħin lir-rebbieħa ġġorr it-trolley tagħha madwar il-ħanut spazjuż ta’ 300 metri kwadrati. Tul l-isfida eċċitanti, Vella kellha timla t-trolley bi prodotti mmarkati, li b’kollox ammontaw għal €500, f’ħin ta’ minuta. 
Bħala sorpriża, ġew miżjuda tletin sekonda biex fl-aħħar tal-isfida, it-trolley imtela b’madwar għoxrin prodott tal-ikel għas-saħħa u oħrajn kożmetiċi bħal shampoos, coconut oils u bath salts.
It-trolley dash saret nhar is-Sibt 23 ta’ Mejju fil-ħanut il-ġdid ta’ Holland & Barrett tas-Sliema. Il-klijenti kollha li kienu qed jixtru hemm sas-1pm dakinhar ingħataw skont ta’ 20%. 
Holland & Barrett tibqa’ waħda mill-akbar kumpaniji li tipprovdi prodotti tajbin għas-saħħa fl-Ewropa. Id-ditta Ingliża waslet Malta fl-2009 u llum il-ġurnata tinsab f’ħames lokalitajiet: Ħ’Attard, il-Fgura, tas-Sliema, San Ġiljan u l-Belt Valletta. 
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt