€323,000 għall-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun

Fearne protezzjoni tal-embrijuni

Għal din is-sena, l-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun se jkollha baġit ta’ €323,000 biex titmexxa.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal fil-Parlament waqt li kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Godfrey Farrugia.
Il-baġit ta’ €323,000 jitħallas mill-Gvern permezz ta’ għotja ta’ €270,000 u €53,000 minn dħul iġġenerat minn liċenzji imħallsin mill-kliniċi awtorizzati.
Iċ-Chairperson tal-Bord huwa l-Imħallef Emeritus Philip Sciberras, filwaqt li l-membri l-oħra huma l-Viċi Chairperson Josephine Abdilla, Sarah Camilleri, l-Professur Victor Grech, Mariella Meachen u l-Pedjatra Patrick Sammut.
Bħalissa l-Awtorità qed timpjega Direttur Eżekuttiv, Segretarja, ART Inspector u messaġġier/xufier. Fil-futur qarib dawn se jiżdiedu bi tlieta oħra li jkunu, Assistent Direttur, Uffiċjal Amministrattiv u Clerk.  
Huwa maħsub ukoll li se jinħarġu sejħiet għall-aktar ART Inspectors u clerks mal-Awtorità.