€32,000 b’risq il-Missjoni fil-Ħonduras

F’inizjattiva b’risq il-Missjoni tal-Ħonduras, il-Parroċċa tax-Xagħra ġabret is-somma rekord ta’ €32,000.

Din is-somma ġiet ippreżentata lbieraħ lill-Isqof fil-Ħonduras, l-E.T. Mons. Joe Bonello OFM, hekk kif fix-Xagħra kienet qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ Marija Bambina.

Is-somma nġabret waqt tliet attivitajiet: ġbir ta’ fondi mit-tfal waqt in-Novena tal-festa għat-tfal, pranzu ta’ Benefiċenza u minn individwi, familji u għaqdiet li xtaqu jisponsorjaw seminaristi fis-seminarju ta’ Mons. Bonello.

Permezz ta’ dawn il-fondi se tinbena Kappella fi ħdan is-Seminarju fil-Ħonduras li jmexxi l-Isqof Joe Bonello nnifsu, u li fih hemm għadd ta’ żgħażagħ li qed jitħejjew għall-ħajja saċerdotali.

Se jintużaw ukoll biex jinfetaħ fond li minnu se jiġu sponsorjati s-seminaristi kollha tad-djoċesi tiegħu.

Meta ġie ppreżentat b’din is-somma, l-Isqof Bonello deher kommoss ħafna u qal li wasal Għawdex b’ta fuqu senduqu u sejjer bis-senduq mimli.

L-Isqof Joe Bonello, li hu mix-Xagħra, ġie maħtur Isqof Koadjutur ta’ Juticalpa fil-Ħonduras fl-2010.