​€300,000 f’xogħol ta’ restawr f’ħames kunsilli lokali

Ħames kunsilli lokali se jgawdu minn €300,000 f’xogħol ta’ restawr li se jsir mid-Direttorat għar-Restawr fil-Ministeru għall-Gvern Lokali.
Il-proġetti li ntagħżlu minn 36 applikazzjoni huma l-Ark Trijonfali ta’ De Rohan f’ Ħaz-Żebbuġ, il-Kappella tal-Madonna ta’ Porto Salvo fil-Ħamrun, l-istatwa ta’ Sant’Andrija f’Ħal Luqa, il-Kappella tal-Għargħar f’San Ġwann u l-kappella Santa Luċija f’Santa Luċija.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Stefan Buontempo spjega li l-għażla kienet ibbażata fuq ir-relevanza storika u artistika tal-binja, l-istat ta’ konservazzjoni u l-viżibilità tas-sit.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott