€300,000 f’taħriġ għar-rappreżentanti tal-kunsilli lokali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Stefan Buontempo qal kif sar taħriġ speċjalizzat b’investiment ta’ madwar €300,000 għar-rappreżentanti eletti u amministrattivi tal-kunsilli lokali.
Waqt taħriġ organizzat mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali, is-Segretarju Parlamentari saħaq li dan it-taħriġ kien jiffoka fuq materji t’importanza strateġika, fosthom it-tmexxija u l-management. Qal li dan hu parti minn proġett iktar wiesa kofinanzjat mill-fondi Norveġiżi u li d-Dipartiment qed jimplimenta mal-Kunsill Ewropew.
Hu tkellem dwar l-importanza tat-taħriġ bħala għodda essenzjali għas-suċċess tal-komunità u qal li hu għalhekk li l-Gvern, b’mod tanġibbli, ra kif jassigura l-finanzjament neċessarju biex tali taħriġ jingħata bl-iktar mod professjonali possibbli.
 
Ritratt: MGOZ – George Scerri