€3.5 miljun għat-toroq fit-Tramuntana ta’ Malta

Proġett b’investiment ta’ €3.5 miljun fiz-zona ta’ Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar se jgħin biex jitjiebu t-toroq u jsir tisbiħ addizzjonali.
Waqt żjara f’Buġibba, il-Qawra u San Pawl il-Baħar, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis tkellem ma’ lukandiera u sidien ta’ ristoranti dwar kif dan il-proġett hu wieħed minn sensiela ta’ inizjattivi ffinanzjati mid-dħul tal-fondi mill-Kontribuzzjoni Ambjentali biex isir titjib fl-infrastruttura lokali urbana.
Barra minn hekk, il-Ministru qal li kważi 104,000 turist żaru pajjiżna fi Frar li għadda; liema turisti qattgħu mas-673,000 lejl bi nfiq turistiku ta’ ftit inqas minn €70 miljun.
Ritratt: DOI – Kevin Abela