€25 multa jekk vettura diesel titħalla mixgħula

Nassa ġdida għas-sewwieqa li għandhom karozza bid-diesel. Dawk li jħallu l-karozza mixgħula waqt li jmorru jagħmlu xi qadja, jew meta jkunu jistennew lil xi ħadd, jistgħu jingħataw ċitazzjoni ta’ €25.
Il-Kunsill ta’ Islington fir-Renju Unit se jkun l-ewwel wieħed li se jniedi kampanja ta’ dan it-tip fil-pajjiż. Iċ-ċitazzjoni tingħata jekk is-sewwieqa jinjoraw l-ordnijiet tal-awtoritajiet.
Il-Kunsill qal li qed jagħmel din il-kampanja għax il-vetturi bid-diesel iniġġżu l-arja erba’ darbiet aktar mill-vetturi bil-petrol. Spjega li karozza mixgħula waqt li tkun wieqfa tħammeġ l-arja bl-istess mod.