€25,000 kumpens f’danni għall-art mogħtija lill-Gvern lura fl-1988

Żewġ sidien ta’ art ingħataw €25,000 f’kumpens wara li l-Qorti ddeċidiet li kellhom id-drittijiet fundamentali tagħhom miksura. Dan meta l-art tagħhom f’San Ġwann ġiet mogħtija lill-Gvern mingħajr ebda kumpens.

L-aħwa John u Peter Caruana kellhom 2,250 metru kwadru ta’ art fiż-żona industrijali ta’ San Ġwann. Lura fl-1988, il-Gvern ħa din l-art biex tinbena fabbrika.

L-aħwa kienu ġew infurmati li l-ħlas lilhom kien se jsir ladarba d-Dipartiment tal-Artijiet kien se jkollu l-fondi neċessarji. Iżda ġara, li sal-2012, l-aħwa kienu għadhom ma rċievew l-ebda kumpens. L-aħwa qalu li l-propjetarji ta’ ma ġenbhom kienu ħadu l-kumpens iżda huma baqgħu b’xejn.