€25,000 jinġabru waqt id-19-il edizzjoni tal-Lifecycle Challenge

Ġiet fi tmiemha l-Foster Clark Lifecycle Challenge ta’ din is-sena li saret fil-Kenja u t-Tanżanija.
F’dawn l-aħħar jiem, iċ-ċiklisti qasmu minn Nairobi għal Dar El Salaam, jiġifieri destinazzjoni ta’ 1,850 kilometru.
Waqt din l-isfida, Foster Clark ġabbret is-somma ta’ €25,000 li se tkun qed tgħaddihom lill-Università ta’ Malta li għaddejja b’riċerka biex tgħin tfal li jbatu bil-kliewi.
L-isfida ta’ din is-sena kienet id-19-il waħda u kull sena nġabru fondi għal għaqdiet u għanijiet differenti.
Iċ-ċiklisti se jirritornaw Malta nhar il-Ġimgħa li ġej.