​€25,000 għall-NGOs li jgħinu lid-DPĊ

Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi li jgħinu lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili se jingħataw €25,000, biex ikun jistgħu jkomplu jassistu.
Red Cross, Emergency Fire & Rescue Unit (EFRU), St John Rescue Corps, Emergency Response & Rescue Corps (ERRC), St John Ambulance, u Malta Amature Radio League (MARL) se jkunu qed jibbenefikaw minn din l-għotja.
Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li s-sena d-dieħla l-għotja se tiżdied għal €35,000.
Semma wkoll kif id-Dipartiment se jkun qiegħed jinvesti fi drones li jgħinu f’ħidmiet ta’ ċertu nirien u ta’ salvataġġ ta’ ċertu kobor jew gravità biex b’hekk il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili jkollhom stampa ċara taż-żona ta’ fejn ikun ġara l-inċident, x’periklu jkun hemm u kif l-aħjar jagħtu l-għajnuna tagħhom fl-iqsar żmien u fl-inqas periklu possibli.
Preżenti għal din l-għotja kien hemm is-Segretarju Permanenti Kevin Mahoney, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili Emanuel Psaila, u rappreżentanti tal-NGOs.