€23 miljun għall-ażil, migrazzjoni u integrazzjoni

Malta se tinvesti €23 miljun minn fondi Ewropej f’għadd ta’ proġetti mmirati għal għanijiet nazzjonali identifikati fil-Programm Nazzjonali għall-Fond.
Wara l-approvazzjoni tal-Programm Nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea f’ Marzu li għadda, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Ian Borg, illum nieda l-programm nazzjonali għall-fond ta' Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni.
Ġew imnedija wkoll l-ewwel sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-proġetti li jimplimentaw miżuri ta’ integrazzjoni għaċ-ċittadini minn pajjiżi tat-tielet dinja u miżuri ta’ ritorn volontarju.
Dawn is-sejħiet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet mhux governattivi u għaqdiet oħra.
Dawn jagħlqu fis-27 ta’ Novembru li ġej.
Fil-11 ta’ Novembru se ssir sessjoni ta’ informazzjoni biex dawk interessati jiġu mgħejjuna.
Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb mis-sit www.eufunds.gov.mt u mill-Awtorità Responsabbli fi ħdan il-Fondi fuq fpd.meaim@gov.mt.
Ritratt: DOI – James Galea