​€200,000 għal kull reġjun

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis qal li r-reġjuni kollha se jkunu qed jingħataw €200,000 ewro biex iwettqu l-proġetti indikati fil-Pjan Reġjonali Ekonomiku, Soċjali u Kulturali.
Huwa qal dan waqt laqgħa li matulha sar l-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding mar-Reġjun tat-Tramuntana.
Silvio Parnis semma kif ir-riforma tal-gvern lokali trid tara bidla fl-irwol u fil-poteri tar-reġjuni. 
Esprima l-konvinzjoni tiegħu li bis-sehem ta’ kulħadd, din ir-riforma fil-kunsilli lokali se tkun waħda ta’ suċċess.
Ritratt: DOI – Jason Borg