​€20,578 il-paga medja ta’ missirijiet li jaħdmu – NSO

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Familji, l-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li l-paga medja tal-missirijiet li jaħdmu fl-2016 kienet ta’ €20,758. Fl-istess sena, l-paga medja tan-nisa li jaħdmu kienet ta’ €15,713. 
Fl-2016 f’Malta kien hawn kważi 87,000 ġenitur li qed jgħixu fl-istess dar tat-tfal tagħhom. 
L-NSO qal ukoll li l-pagi tal-ġenituri li jaħdmu żdiedu b’madwar 2.6% meta mqabbla mas-sena ta’ qabel, jiġifieri mal-2015. 
Jirriżulta wkoll li tlieta minn kull erba’ ġenituri għandhom impjieg. 57% tal-ommijiet bi tfal taħt is-sbatax-il sena qalu li kienu qed jaħdmu filwaqt li mal-40% minnhom ma kinux qed ifittxu impjieg b’mod attiv. 
Għall-kuntrarju, kważi l-missirijiet kollha b’96% kellhom impjieg full time u 40% minnhom kellhom xogħol part time ukoll.