€20,000 f’posta mill-Ambaxxata Maltija fl-Awstralja

L-Ambaxxata Maltija f’Canberra fl-Awstralja kellha spiża ta’ €20,374 f’posta s-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri ġew ippubblikati fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista David Stellini.
Il-Ministru qal li l-ispiża tal-Ambaxxata Maltija fl-Awstralja kienet tinkludi wkoll servizzi ta’ couriers.
Huwa ta rendikont ta’ kemm intefaq f’posta f’kull ambaxxata kull sena fl-aħħar ħames snin.
L-ambaxxata fl-Awstralja, li hija l-aktar waħda imbegħda minn Malta, kellha l-ikbar spiża, b’dik f’Londra jkollha nefqa ta’ €8,849 waqt li dik f’Washington tonfoq €4,311.