​“€2 miljun għall-proġett favur l-integrazzjoni” – Helena Dalli

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli ħabbret proġett ta’ €2 miljun favur l-integrazzjoni, li se jkun qed jgħin fit-tfassil tal-istrateġija nazzjonali dwar il-migrazzjoni.
Meta kienet qed tindirizza seminar, il-Ministru Dalli spjegat li permezz ta’ dan il-proġett, se jinħatru uffiċjali tal-integrazzjoni li se jiltaqgħu direttament ma’ immigranti fis-sens wiesgħa tal-kelma. Sostniet li s’issa din l-għajnuna kienet tingħata biss lil-immigranti li għandhom status ta’ protezzjoni internazzjonali, iżda din issa se tiġi estiża.
Tkellem ukoll il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia li qal li hemm żewġ kuntesti differenti fil-migrazzjoni – meta persuni jaħarbu minn pajjiżhom u t-tibdil fil-klima.
Semma kif Malta għandha r-raba’ l-aktar rata għolja per kapita, ta’ persuni li qed ifittxu l-ażil.  Esprima wkoll it-tħassib tiegħu dwar kif qed ixaqleb il-kuntest politiku fl-Ewropa lejn il-lemin estrem fejn diversi politiċi qed jitkellmu wkoll kontra barranin fil-pajjiż.
Ritratti: DOI – Pierre Sammut