€2 biljun fi propjetà mibjugħa fl-2015

Matul is-sena li għaddiet inbiegħet f’aktar €2 biljun fi propjetà.
Dan joħroġ minn informazzjzoni mogħtija fil-Parlament mill-Ministru għall-Finanzi Edward Sciluna fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Bejn l-2008 u l-2013 n-numru ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ propjetà kienu madwar 12,000 fis-sena li żdiedu għal 14,795 fl-2014 u 15,557.
Il-valur tal-propjetà mibjugħa fl-istess perijodu varja minn €1.1 biljun fl-2010 għal €2.1 biljun fis-sena li għaddiet.
Fis-snin preċedenti kien hemm sentejn fejn il-valur ta’ propjetà qorob lejn iż-żewġ biljuni: fl-2012 u fl-2014 b’€1.89 biljun u €1.99 biljun rispettivament.