​€2,500 għall-Istrina wara 30 siegħa table tennis

Fil-maratona ta’ 30 siegħa ta' table tennis organizzata minn HiTT Academy inġabru €2,500 b’risq l-Istrina.
Il-maratona saret bejn is-16 u is-17 ta’ Diċembru fil-Kulleġġ St Albert’s.
Il-kowċ u direttur tal-HiTT Academy Mario Genovese qal li s-somma ta’ din is-sena kienet l-akbar waħda li nġabret matul tul l-aħħar erba’ edizzjonijiet tal-maratona.
Ir-raġel tal-President, Edgar Preca, żar il-maratona u faħħar lill-akkademja talli apparti mill-isport tgħallem ukoll lill-istudenti biex ikunu ċittadini responsabbli.
Tista' issegwi l-Istrina minn hawn.