€186,361 jinġabru fil-Maratona Oħloq Tbissima

€186,361 inġabru lbieraħ hekk kif ġiet fi tmiemha l-15-il edizzjoni tal-Maratona Oħloq Tbissima.
Il-maratona ta’ 60 siegħa xandir diretti saret mill-bitħa ta’ Dar San Ġużepp f’Santa Venera, minn fejn bħal fi snin li għaddew kien hemm programm varjat, b’mumenti ta’ talb, quddies, features, diskussjonijiet u spettaklu mill-aqwa bil-partiċipazzjoni tal-aqwa talent lokali.
Dehru wkoll filmati esklussivi li wrew il-bżonn li hemm u x-xogħol missjunarju li jsir mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP).
Fr Louis Mallia mssp, id-Direttur taċ-CAM, mat-tħabbira tas-somma rringrazzja lill-voluntiera kollha u lil dawk li taw sehemhom b’xi mod jew ieħor. Ma naqasx ukoll li jirringrazja b’mod speċjali lil dawk li taw id-donazzjoni tagħhom, u qal li dak huwa kontribut ta’ valur kbir.
Mal-ġabra msemmija, hemm ukoll container mimli ikel u bżonnijiet oħra li fil-jiem li ġejjin se jaqbad triqtu lejn il-Peru.
Sadanittant, wieħed għadu jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu fuq dawn in-numri:
€10    51602004
€15    51702007
€25    51802009
SMS €4.66 50618099
Onlajn: www.ohloqtbissima.com