Il-logħob tradizzjonali u d-dgħajsa tar-riħ fost proġetti ta’ arti fi spazji pubbliċi

Erba’ siti f’Malta u tnejn f’Għawdex ġew magħżula biex fihom issir proġett ta’ Arti fi Spazji Pubbliċi.
Fost dawn hemm proġetti b’tema tradizzjonali fosthom id-dgħajsa tar-riħ u logħob tradizzjonali li se jiġu installati f’Bormla u Ħad-Dingli.
Il-Gvern se jkun qed jagħti €30,000 lil kull artist rebbieħ, li jammontaw għal €180,000 fuq tliet snin u mistennija jkunu lesti kollha sal-2018.
Dawn il-proġetti se jsiru fis-Siġġiewi, Bormla, Ħad-Dingli, Marsaskala, Għajnsielem u x-Xagħra minn diversi artisti li ssottomettew il-proġetti tagħhom fil-ġimgħat li għaddew.
 

Il-proġetti rebbieħa huma dawn:

L-Isem tal-ProġettArtistKreattivKomunità
Games from My ChildhoodCharles SammutDingli
Reflections and ConnectionsMary PortelliGħajnsielem (Għawdex)
Id-Dgħajsa tar- RiħMatthew PandolfinoBormla
Misraħ il-Kliem MisturAdrian AbelaSiġġiewi
Ras il-ĦutaMario SammutM’Scala
ĦaġarnaVictor AgiusXagħra (Għawdex)

Il-proġetti kienu magħżula minn ġurija esperta, kif ukoll permezz tal-vot tal-pubbliku waqt esebizzjoni fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti kif ukoll fil-Mużew il-Ħaġar f’Għawdex.

L-inizjattiva Arti fi Spazji Pubbliċi hi tal-Ministeru tal-Infrastruttura, b’kollaborazzjoni ma’ dak tal-Kultura, il-Kunsill tal-Arti u MUŻA.