€17-il miljun għall-MEPA mill-applikazzjonijiet

Bejn l-2012 u l-2014, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar daħlet total ta’ €17,339,215 mill-miżati ta’ 10,700 applikazzjoni għall-permess ta’ żvilupp f’Malta.
F’mistoqsija parlamentari, il-Prim Ministru wieġeb lill-Onoerevoli Godfrey Farrugia li fl-2012 inġabru €5,400,000, fl-2013 inġabru €5,900,000 filwaqt li fl-2014 is-somma kienet ta’ kważi €6 miljun.
Il-medja ta’ applikazzjonijiet għall-permess fis-snin li għaddew kienet ta’ 3,600 applikazzjoni iżda sa issa, din is-sena kien hemm 4,600 applikazzjoni li ġew validati mill-MEPA.