€16,000 mill-programm LEADER għall-Imdina Experience

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg inawgura l-proġett The Mdina Experience fl-Imdina.
B’allokazzjoni ta’ aktar minn €16,000, l-Imdina Experience se joffri ambjent innovattiv fil-qasam awdjoviżiv u joffri esperjenza isbaħ lil min iżuru dan il-post.
Ian Borg spjega li l-progett ikkwalifika għall-fondi wara sejħa taħt il-programm LEADER.
Kien hemm 22 proġett mhux Governattivi li bbenefikaw minn dan il-programm taħt il-Grupp Azzjoni Lokali tal-Majjistral, fosthom SMEs li joperaw mill-Crafts Village f’Ta’ Qali.  

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott