€15-il miljun f’fondi Ewropej fi skemi ta’ pannelli fotovoltajiċi

Tħabbret skema ta’ 15-il miljun b’fondi Ewropej għall-pannelli fotovoltajiċi.
L-iskema tħabbret mill-Ministeru għall-Enerġija u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Eworpej u se tkun qed tgħin madwar 7,000 familja li jridu jinvestu f’pannelli fotovoltajiċi.
L-iskema se tkopri 50% sa massimu ta’ €2,300 għal kull sistema li tiġi nstallata.
L-applikazzjonijiet se jiftħu fl-ewwel ġimgħat ta’ Lulju.

Ritratt: DOI – Jeremy Wonnacott