€15-il miljun f’fondi addizzjonali għal Malta

L-Ewroparlamentari Roberta Metsola laqgħet b’sodisfazzjon l-vot fil-Fond għall-Ażil, l-Immigrazzjoni, l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Nazzjonali li se jara kważi €80 miljun f’fondi allokati lill-Ministeru Malti għall-Intern bejn l-2014 u l-2020.
Il-fondi jiffurmaw parti mill-pakkett ta’ €1.12 biljun li issa se jiżdiedu bi €15-il miljun f’fondi addizzjonali.
Dan wara xhur sħaħ ta’ negozjati fl-Istituzzjonijiet Ewropej. Il-fondi se jiġu allokati fi €53 miljun għall-fond dwar is-Sigurtà Nazzjonali, €17-il miljun fl-Ażil u €9 miljun fil-fond għas-Sigurtà fl-Intern jew il-Pulizija.
Roberta Metsola sostniet li issa jrid ikun il-Gvern li jara’ kif dawn il-fondi ma jintilfux iżda jintużaw fl-aħjar mod possibbli fl-interess tal-Maltin u l-Għawdxin.