€142 miljun f’10 snin f’mediċina ‘tal-Għażla Tiegħek’

Intefqu madwar €142 miljun fuq medda ta' 10 snin, kemm ilha mwaqqfa l-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC).
Fi stqarrija, il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li żdiedu wkoll l-għadd ta' klijenti.
Fl-2008 il-POYC beda bi 28,827 kiljent, li tela' għal 153,367 persuna li jiġbru l-mediċini tagħhom kull xahrejn.
Id-Deputat Prim Ministru stqarr li suċċess ieħor fil-qasam tas-saħħa huwa li spiċċaw il-kjuwijiet u ġiet megħluba l-isfida tal-mediċini out of stock.