€140 miljun fi tliet snin mill-industrija tal-films

Films maħduma f’Malta ħallew 140 miljun fi tliet snin.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis fil-Parlament f’sensiela ta’ tweġibiet għall-mistoqsijiet tad-Deputat Laburista Silvio Schembri u d-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech dwar l-industrija tal-films f’Malta.
Zammit Lewis qal li l-Gvern ta €25 miljun f’inċentivi matul l-istess perijodu.
Fl-2015, l-films ħallew madwar €105 miljun. Dawn kienu jinkludu sitt produzzjonijiet internazzjonali li ħadmu fil-Film Studios fil-Kalkara li ħallew bejniethom €12-il miljun.
L-istess Ministru spjega li fis-sentejn li għaddew il-Malta Film Commission ħarrġet 384 persuna fl-industrija tal-films b’investiment ta’ 800,000 koffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.