€13.4 miljun għall-binja tal-Bank Ċentrali

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Sciculuna qal fil-Parlament li l-binja tal-Bank Ċentrali ta’ Malta ġiet tiswa €13.4 miljun.
Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.
Huwa qal li x-xogħol waqa’ lura fit-tieni fażi ta’ kostruzzjoni u ġiet imposta penali li tammonta €102,600.
Żied jgħid li mill-ammont ta’ €13-il miljun fadal jitħallsu €3.5 miljun.