€125 miljun għall-bdiewa li baqgħu bil-prodotti f’wiċċhom

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret li se tagħti għajnuna finanzjarja ta’ €125 miljun għall-bdiewa li jkabbru l-frott u l-ħxejjex u li ġew milquta mill-projbizzjoni tar-Russja ta’ ikel impurtat mill-pajjiżi tal-Punent. Il-fondi qed jingħataw bħala kumpens għall-prodotti friski li mhux se jinbiegħu.
Minflok, dawn il-prodotti se jitqassmu b’xejn fl-iskejjel, fl-isptarijiet u f’istituzzjonijiet oħra. Din il-projbizzjoni mir-Russja hija frott ir-rabja kawża tas-sanzjonijiet imposti mill-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti fuq l-Ukraina.