€12,990 ikkonfiskati wara li ma ġewx iddikkjarati

Sqalli ta’ 40 sena ngħata multa ta’ €5,747 u kellu €12,990 kkonfiskati, wara li ammetta li ma ddikjarax li kellu dak l-ammont fuqu meta ġie Malta.

Huwa ġie arrestat nhar il-Ħadd li għadda xħin wasal Malta bil-katamaran u twaqqaf mill-uffiċjali ta’ Dwana biex ifittxulu.

Meta l-uffiċjali staqsewh jekk kellux xi flus huwa stqarr li kellu €9,000 iżda wera biss €6,500. Dlonk l-aġir tiegħu qajjem suspett lill-uffiċjali u għalhekk talbuh spjegazzjoni. Dak il-ħin huwa ħareġ somom ta’ flus oħra li kienu jammontaw għal €8,500. L-uffiċjali fittxewlu u sabu somma oħra biex b’hekk b’kollox l-Isqalli kellu €22,999, €12,990 aktar milli permess mil-liġi.

Quddiem il-Maġistrat Joseph Mifsud, id-difiża argumentat li l-Isqalli kien intraprenditur u li kien ilu erba’ xhur iħaddem negozju ġdid f’Malta. Saħaq li għalhekk il-flus li kellu fuq kienu b’mod ġenwin għax kien se jużahom biex iħallas lill-ħaddiema.

Min-naħa tagħhom l-uffiċjali tad-Dwana saħqu li l-liġi ma tippermetix li wieħed ikollu aktar minn €10,000 fuqu mingħajr ma jiddikjarahom.