€12.7 miljun fuq l-iskema ta’ childcare bla ħlas

Bejn April 2014 u Awwissu 2015, il-Gvern nefaq €12.7 miljun fuq l-iskema ta’ childcare bla ħlas.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis.
Bartolo qal li permezz ta’ din l-isekma bbenefikaw 5,503 tifel u tifla.
Preżentament hemm 90 childcare centre li qed jipparteċipaw f’din l-iskema; skema li minn Jannar li ġej se tibda tiġi mmaniġjata permezz ta’ sistema diġitali.