€10 miljun għar-riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Gran Mastru

Se jsir proġett ġdid b’investiment ta’ madwar €10 miljun li għandu jirriġenera l-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta.
Dan il-proġett għandu l-għan li joħloq ambjent għal mużew effettiv b’mod li jassigura esperjenza memorabbli lill-viżitatur.
Dan il-proġett li huwa stmat li jitlesta sal-2021, huwa kofinanzjat minn Fondi Ewropej.
Il-Palazz tal-Granmastru se jkun miftuħ għall-pubbliku b’xejn nhar il-Ħadd mid-9am ’il quddiem. Il-pubbliku se jkollu l-opportunità wkoll li jżur l-esebizzjoni ta’ Picasso u Miró mill-10am ’l quddiem.