​€10 miljun fis-sena għat-trasport b’xejn lit-tfal fl-iskejjel

L-ispiża tal-Gvern biex jipprovdi trasport b’xejn lit-tfal fl-iskejjel kollha, kemm tal-Gvern kif ukoll tal-Knisja u privati, hi stmata li tlaħħaq l-€10 miljun fis-sena.
Dan ħabbru l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo meta kien qed iwieġeb numru ta’ mistoqsijiet parlamentari tal-eks Kap Nazzjonalista u deputat Simon Busuttil.
Il-Ministru qal li hu stmat li bħalissa hemm madwar 12,000 student li jattendu l-iskejjel tal-Gvern li qed jużaw it-trasport b’xejn imħallas mill-Gvern. Dan in-numru jiġi 34.7% tat-total ta’ studenti li jattendu l-iskejjel tal-Gvern.
Evarist Bartolo qal il-ġimgħa li għaddiet li l-Gvern nieda konsultazzjoni pubblika li se ddum miftuħa xahar. Id-dokument jinsab hawn.