​€10.5 miljun għall-inġustizzji marbuta max-xogħol

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon ħabbru miżuri bil-għan li jindirizzaw anomaliji li setgħu nħolqu matul is-snin minħabba tibdiliet fis-sistema tal-pensjonijiet.
Għal dan l-għan, spjegaw li l-Gvern se jalloka €10.5 miljun wara li s-sena ta qabel kien diġà ġew allokati €11-il miljun oħra. Is-sena l-oħra kien hemm mas-6,000 benefiċjarju li gawdew minn din l-iskema.
L-iskema hi miftuħa għall-ħaddiema tal-korpi li kienu jagħtu servizz lid-dipartimenti tal-gvern f’ċerti snin, eks-ħaddiema tax-xatt, uffiċjali tal-Korp tal-Pulizija li kienu jokkupaw ċerti gradi, u eks ħaddiema tal-Malta Electricity Board.
Il-Ministri qalu li d-dettalji u l-applikazzjonijiet se jinħarġu fil-Gazzetta tal-Gvern u dawn jintlaqgħu sat-28 ta’ Ġunju li ġej.