€10,100 mill-Parroċċa taż-Żurrieq għad-Dar tal-Providenza

Il-Parroċċa taż-Żurrieq ġabret €10,100 għall-Festa ta’ Ġenerożità organizzata minn RTK 4 Charity  fl-ewwel ta’ Jannar għad-Dar tal-Providenza.
Is-somma nġabret minn għadd ta’ attitivitajiet li saru, anke mill-abbatini,  matul ix-xahar ta’ Diċembru.
Sena wara sena, il-komunità parrokkjali taż-Żurrieq tieħu sehem bi ħġarha fl-attivitajiet li jsiru biex jinġabru flus għad-Dar tas-Siġġiewi.
Hija l-użanza għal bosta parroċċi f’Malta u Għawdex li fil-quddies kollu ta’ lejlet u l-ewwel tas-sena, jagħmlu ġabra speċjali b’risq id-Dar tal-Providenza b’turija ta’solidarjetà tal-komunità nisranija mar-residenti tas-Siġġiewi.