€1 minn kull €12 ta’ taxxi miġbura f’Malta jinġabru minn taxxi ambjentali

Ewro minn kull €12 li Malta tiġbor f’taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali, ġejjin minn taxxi fuq l-ambjent.
Kważi nofshom, jew 43%, huma taxxi fuq it-trasport, b’Malta tkun l-iktar pajjiż fl-UE għall-perċentwal ta’ taxxi ambjentali miġbura minn dan is-settur.
Dan joħroġ minn ċifri ppubblikati mill-Eurostat li juru li Malta, bħall-parti l-kbira tal-pajjiżi membri fl-UE, bejn l-2003 u l-2013 naqqset il-persentaġġ ta’ taxxi marbuta mal-ambjent, minkejja li l-UE għandha l-mira ta’ 10%.
Malta wkoll, bħall-bqija tal-pajjiżi membri, jiġbru l-ikbar perċentwal ta’ taxxi ambjentali mill-qasam tal-enerġija, bir-rata ta’ 52%. Il-5% l-oħra tat-taxxi ambjentali jinġabru fuq it-tniġġiż u riżorsi.