€1 mill-paga tax-xahar għall-Community Chest Fund

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, nediet il-kampanja ‘MCCF €1 Campaign’ b’risq il-Malta Community Chest Fund. 
Din il-kampanja qed tistieden lill-ħaddiema kollha u lil min iħaddem biex fix-xahar, jagħtu €1 għall-Malta Community Chest Fund. Il-President ta’ Malta spjegat kif fix-xahar, il-MCCF qed tirċievi mal-200 applikazzjoni ġdida mingħand nies b’sitwazzjonijiet ta’ mard.
Hija fakkret kif il-Malta Community Chest Fund qed tonfoq €250,000 fix-xahar f’kimoterapija jew kura speċjalizzata. Qed tonfoq €25,000 fix-xahar għall-familji li jakkumpanjaw lill-qraba morda tagħhom barra l-pajjiż. 
Il-President spjegat li l-Malta Community Chest Fund ma tridx li tkun f’pożizzjoni li tirrifjuta li tagħti l-għajnuna lil min għandu bżonn, minħabba li jispiċċaw il-fondi.