€213,000 f’direct orders lil Nexia BT mill-Awtorità tal-Logħob

Fi tliet snin, l-Awtorità Maltija dwar il-Logħob tat €1.85 miljun f’direct orders, li minnhom, tat madwar miljun fl-2015.
Dan joħroġ minn tweġiba Parlamentari mogħtija mill-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona fi tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Fost dawk imsemmija li ħadu direct order għall-konsulenzi, kien hemm il-kumpanija Nexia BT il-kumpannija li tat pariri u proċessat l-istruzzjonijiet dwar l-investimenti fil-qofol tal-iskandlu tal-Panama Gate. Nexia BT irċeviet madwar €213,000 fuq medda ta’ sentejn.
Ritratt: MGA