€1,750 multa talli insulenta pulizija

Raġel li insulenta pulizija, wara li baqa’ għaddej minn fuq id-dawl l-aħmar tal-lights fl-Imsida, ġie ordnat iħallas multa ta’ €1,750.
Il-multa trid titħallas ukoll minħabba li r-raġel kiser il-kundizzjonijiet ta’ sentenza oħra.
Il-każ seħħ il-bieraħ filgħodu fi Triq il-Wied.
Il-Maġistrat Monica Vella poġġiet ukoll ir-raġel, Walter Mallo ta’ 34 sena mill-Fgura, taħt probation għal sena.