€1.50 flok €2 għal vjaġġ fuq tal-linja

Minn nhar il-Ħadd li ġej, vjaġġ ta’ sagħtejn fuq tal-linja se jiswa €1.50 minflok €2, meta persuna tħallas fuq il-karozza tal-linja.
Il-kumpanija Malta Public Transport qalet fi stqarrija li din se tkun ir-rata għax-xitwa.
Qalet li mhux se jkun hemm bidla fil-prezz tal-vjaġġi mħallsa bit-tallinja cards, l-Explore cards jew it-12 Single Day Journeys card.
Il-klijenti jistgħu iċemplu fuq 2122 2000 għal aktar dettalji.