€1.5 miljun minn fondi Ewropej biex tagħmel Masters

Borża ta’ studju ta’ €1.5 miljun ġiet allokata mill-Fond Soċjali Ewropej biex studenti Maltin ikunu jistgħu jkomplu jistudjaw f’livell tezjarju fil-livelli MQF seba' u tmienja.
Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia qal li flimkien mal-Ministeru għall-Edukazzjoni ħabbar ir-raba’ sejħa għall-iskema Endeavour.
Din l-iskema, għall-perjodu ta’ programm 2014-2020 ingħatat ammont totali ta’ iżjed minn €8 miljun minn Fondi Ewropej. Minn dawn s’issa diġà ġew allokati €6 miljun li ammontaw għal 620 borża ta’ studju.
Is-sejħa tagħlaq fis-6 ta’ Ġunju f’nofsinhar. Għal aktar informazzjoni tista ċċempel fuq 2200 3300.
Is-sena l-oħra, il-Maġistrat Consuelo Pilar Scerri Herrera ngħatat Borża ta’ Studju mill-Gvern biex iġġib kwalifiki ġodda waqt li tkun għadha qed taħdem.