€1,320,194 għal tfal Maltin li jmorru l-Ingilterra għall-kura

Inġabru aktar minn €1,320,194 b’risq Puttinu fil-programm Xarabank tal-lbieraħ filgħaxija.
Din is-somma nġabret waqt edizzjoni speċjali tal-programm bil-għan li jinġabru fondi biex Puttinu jkun jista’ jmantni l-appartamenti li għandu u jibni oħrajn f’Londra biex jintużaw mill-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura fl-Ingilterra.
Kien hemm numru ta’ familji, negozji, każini, kumpaniji jew għaqdiet li taw għotja ta' €300 jew aktar. Puttinu qal li bħala ġest ta ‘ solidarjetà se jitnaqqax isimhom fid-daħla tal-appartamenti ta' Puttinu f'Londra, bħala ringrazzjament għal dan il-ġest ta' solidarjetà fil-Jum tal-Ġimgħa l-Kbira.
Tifel ta' 7 snin bħalissa qed jissielet mal-marda kiefra tal-kanċer u huwa biss wieħed minn ħafna tfal li jkollhom bżonn isiefru għall-kura barra minn Malta.