€0.15c għal kull KWh iġġenerat minn sistemi fotovoltajiċi integrati fil-bini

Ġie ppublikat Avviż Legali, li qed iħabbar feed-in tariff ta’ €0.15c għal kull KWh iġġenerat, għal sistemi ta’ panelli fotovoltajiċi integrati fl-istruttura tal-bini fejn jissostitwixxu ħġieġ, konkrit jew komponenti oħra tal-bini fil-faċċati, xelters tal-karozzi tal-linja u serer meta l-pannelli fotovoltajċi jieħdu post materjal ieħor.
Il-kapaċità massima allokata hija ta’ 4MWp.
Stqarrija mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u Ilma tgħid li din il-feed-in tariff se tinċentiva setturi ġodda li ma bbenefikawx minn l-inċentivi eżistenti.
Permezz tal-inċentivi li kienu mnedija l-kapaċità ta’ sistemi fotovoltajiċi mistennija taqbeż is-60MWp sal-aħħar ta’ din is-sena.
Ir-Regolatur qal li dan se jkompli jgħin biex Malta tilħaq l-miri tagħha tal-2020.