​Eto’o: Żagħżugħ ta’ dejjem

Eto’o b’nota umoristika u sarkastika hekk għażel li jiċċelebra l-gowl tal-1-0 kontra Tottenham Hotspur.
Il-plejer Kameruniż uża l-bandiera tal-korner bħall-bastun f’idejn raġel anzjan.
Din l-eżultanza ġejja mill-polemika li qajjem il-kowċ tiegħu Mourinho dwar il-kwistjoni tal-età ta’ Eto’o.
Li hu żgur hu li jekk għandu 32 jew 35 sena nistgħu nqisuh bħala Żagħżugħ ta’ dejjem.