Etienne x’se jgħid dwar il-ħbieb ta’ veru?

Fl-episodju tal-lum minn Ħbieb u Għedewwa, Etienne ikellem lil Chris dwar dak li kien ġara ma’ Saviour. X’se jgħidlu? U Etienne x’se jgġidlu lura dwar il-ħbieb ta’ veru? Chris kif inhu sejjer ma’ Martha? Għaliex kien qed jibki Etienne?

X’se toħlom Brenda? Kristianne u Brenda se jirċievu pizza li ma kinux ordnaw. X’se jsibu fil-qiegħ tagħha?

Ħbieb u Għedewwa jixxandar fuq Melita More, Cable Channel 315 fl-3.45pm. Is-sensiela, bi produzzjoni ta’ Rewind, għandha kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa.

Repetizzjoni ta’ dan l-episodju tixxandar għada l-Ħamis fl-10.15am.