Etienne Grech jirriżenja minn Deputat Parlamentari

Aġġornat 04:49 PM

Read in English.

Etienne Grech irriżenja minn Deputat Parlamentari.

Dan tħabbar mill-Partit Laburista fi stqarrija. Il-PL spjega li r-riżenja hija minħabba raġunijiet personali.

Il-Partit Laburista rringrazzja lil Grech tal-kontribut tiegħu fil-Partit Laburista fl-aħħar snin. Fil-jiem li ġejjin mistenni jiskatta l-mekkaniżmu għall-koptjar biex jimtela s-siġġu parlamentari.

Din hi t-tieni riżenja fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-PL fl-aħħar ġimgħat wara li l-ġimgħa li għaddiet irriżenja l-eks Prim Ministru Joseph Muscat minn Membru Parlamentari.

Is-siġġu parlamentari tiegħu x’aktarx li tieħdu l-MEP Miriam Dalli.

Fil-Parlament

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ħabbar li għall-ħabta ta’ nofsinhar irċieva l-ittra tar-riżenja tad-Deputat Laburista Etienne Grech.

Farrugia qara l-korrispondenza li rċieva mingħand it-Tabib Grech li spjega li kien qed jirriżenja b’mod immedjat minħabba raġunijiet personali.

Dr Grech kien tela’ fil-Parlament permezz ta’ elezzjoni każwali fuq ir-raba’ distrett u allura d-deputat il-ġdid irid jintgħażel permezz ta’ koptjar.

Dr Grech kien Chairman tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Soċjali u l-Ispeaker ħabbar li s-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar se tippresjedi il-kumitat sakemm jinħatar chairperson ġdid.

Rappurtaġġ addizzjonali: Paul Cachia